Din l-inizjattiva ġejja mill-impenn tal-Gvern lejn iċ-ċentru tal-pazjent u turi l-proattività trasparenti ta’ dan il-Ministeru biex jeżerċita l-isforzi kollha biex jiżgura li l-bżonnijiet tal-pazjenti tagħna jkunu qed jiġu indirizzati fil-ħin.
Ta’ min jinnota li l-informazzjoni ta’ hawn taħt hija dinamika u hija maħsuba bħala linja gwida indikattiva biex tgħin lill-pazjenti tagħna biex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mis-servizzi farmaċewtiċi b’xejn tal-Gvern.
Il-Ministeru tas-Saħħa qed jagħmel kull sforz biex jipprovdi t-trattament meħtieġ lill-pazjent permezz ta’ soluzzjonijiet interim u spedjenti.