MERĦBA

It-Taqsima Ċentrali ta’ Akkwist u Provvisti [CPSU] twaqqfet b’missjoni strateġika li tkun pro-attiva u timmaniġġja b’mod effiċjenti l- Akkwist u l-Provvista ta’ materjali, xogħlijiet u/jew servizzi fis-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa tal-Gvern, filwaqt li jinżamm l-ogħla livell ta’ etika professjonali u integrità.

Din l-Organizzazzjoni se tmexxi l-proċess ta’ Akkwist u Provvista sabiex takkwista materjali, xogħlijiet u/jew servizzi ta’ kwalità bl-orħos prezz; tagħti appoġġ effettiv u f’waqtu biex tassigura li r-rekwiżiti tas-servizzi tal-Kura tas-Saħħa tal-Gvern lill-komunità jiġu sodisfatti; tipprovdi lill-fornituri potenzjali b’kunsiderazzjoni ugwali tal-prodotti u s-servizzi tagħhom; inissel fiduċja pubblika li l-kuntratti jingħataw bis- sħiħ b’mod trasparenti, ekwu u ekonomiku.

informazzjoni importanti

Ibqa’ aġġornat bl-aħħar notifiki u bl-isforzi tagħna biex naqduk aħjar. L-għarfien u l-involviment tiegħek huma essenzjali hekk kif naħdmu flimkien biex niksbu l-missjoni tagħna u nsaħħu l-benessri tal-kostitwenti tagħna.

Latest Publications
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.