Workshop qed jiġi organizzat mill-MAMVO fl-14 ta’ Ġunju 2018 fil-Life Sciences Park; tista’ ssib d-dettalji hawn taħt.

Ikklikkja hawn għall-Aġenda u aktar informazzjoni.

Lill-Manifatturi, l-Ispiżeriji, l-Isptar u n-Negozjanti bl-ingrossa kollha – Jekk jogħġbok GĦADDI DIN L-INFORMAZZJONI LILL-PROVDITUR TIEGĦEK tas-Sistemi tal- IT.

Għażiż Fornitur tal-IT,

Kif tafu, il-MAMVO, li hija l-Organizzazzjoni ta’ Verifika tal-Mediċini f’ Malta, hija l-organizzazzjoni inkarigata li timplimenta d-Direttiva dwar il-Mediċini Falsifikati fin-netwerk kollu tal- ispiżeriji ġewwa Malta. Biex tagħmel dan, is-sistemi POS li bħalissa huma preżenti fl-ispiżeriji u fin-negozjanti bl-ingrossa jridu jintegraw mas-software tal-fornitur magħżul tagħna, Solidsoft Reply.

Flimkien magħhom, tħejjejna l-aġenda għall-workshop tal-Fornituri tal-IT, li hija mehmuża. Tipprovdi ħarsa ġenerali tas-suġġett kopert, kif ukoll ħinijiet u informazzjoni dwar l-udjenza mistenija. Dawn huma sessjonijiet tekniċi ta’ ġurnata biss għall-fornituri tal-IT. Sa tmiem is-sessjoni, dawk kollha li jattendu se jkollhom iċ-ċans li jgħaqqdu mas-sistema nazzjonali u jagħmlu talbiet lilha sabiex jifhmu l-approwċ tekniku għall-integrazzjoni u jkunu jistgħu jibdew jagħmlu pjanijiet dwar kif se jintegraw is-software tagħhom mas-sistema. Barra minn hekk, aħna nipprovdu lill-attendenti aċċess għad-dokumentazzjoni teknika u ta’ gwida tagħna, skripts tat-test, kampjuni tal-kodiċi u materjali oħra u nipprovdu wkoll aċċess għal ambjent tat-test u l-help desk tekniku tagħna biex nappoġġjaw l-isforzi ta’ żvilupp tagħhom. Ġeneralment inmexxi dawn il-workshops flimkien ma’ kollega mit-tim tal-iżvilupp.

Il-laqgħa se ssir fl-14 ta’ Ġunju 2018 fil-Life Sciences Park, Boardroom tal-Ġgantija, bejn id-9.00am u s-16.00pm.

Inħeġġukom tattendu. Il-postijiet huma limitati, għalhekk jekk jogħġbok informana fuq [email protected] bl-intenzjonijiet tiegħek, bl-isem/ismijiet tan-nies li jattendu u d-dettalji tal-kumpanija tiegħek.

Ħerqan li nisma’ mingħandek.

Tislijiet

Mario Debono

Direttur

MAMVO