Għeżież Operaturi Ekonomiċi,

Qed issir referenza għas-sistema tal-appuntamenti għall-kunsinni fil-maħżen tas-CPSU. Sabiex intejbu s-sistema ta’ komunikazzjoni tagħna u l-konsenji fast track, minn nhar it-Tnejn li ġej 20 ta’ Awwissu 2018 kordjalment qed tintalab tibgħat email uffiċjali lill-uffiċjali tal-iskedar (Is-Sur Salvinu Azzopardi – [email protected]u s-Sur Emmanuel Lia – [email protected]).

Nixtiequ nillimitaw it-telefonati għal kwalunkwe mistoqsija sabiex inħallu lid-dipartiment tal-iskedar jaħdem fuq appuntamenti u jkollu din is-sistema stabbilita l-aktar kmieni possibli. Barra minn hekk, jekk jogħġbok ibgħat fit-talba tiegħek id-dettalji li ġejjin;

Titolu tas-suġġett – Appuntament għall-Kunsinna <<Dettalji tal-Kumpanija>> għall-Ġimgħa <<No.>>

L-imejl għandha tinkludi, Kodiċi tal-Oġġetti (S-Code), Deskrizzjonijiet, Kwantitajiet u numru ta’ Pallets/Kaxxi għal kull oġġett li għandu jiġi fornut.

Inti ġentilment mitlyb ukoll li tehmeż Kopji tal-Konferma tal-Ordnijiet (CORs) li qed jiġu fornuti.

Barra minn hekk, ikun apprezzat jekk inti tista’ wkoll tipprovdi kopji stampati tal-fattura qabel il-kunsinna biex inkunu nistgħu nipproċessaw l-irċevuta b’mod aktar effiċjenti.

Grazzi bil-quddiem għall-attenzjoni u l-kooperazzjoni tiegħek.

Tislijiet,

Karl

Ing Karl Farrugia | Direttur Maniġerjali

Akkwist u Ġestjoni tal-Katina tal-Provvista
Dipartiment tas-Saħħa – Ministeru għas-Saħħa (MfH)

Taqsima Ċentrali ta’ Akkwist u Provvisti (CPSU)
UB002 San Gwann Industrial Estate
San Gwann (SGN 3000) | Malta

e: [email protected]

m: 7946 9637

t: 2545 4105 / 2592 4105​